LWIEN MOHBIJA... RENA BALZAN ILWIEN MOHBIJA nifli... ...w insib seher l-ilwien mohbija fil-qalb tal-poezija ANQAS MIX-XEJN Ghalija xejn... ahseb ghalik kemm anqas nistma l-biza' ghax jekk nerhi mill-jedd li titlob fija int (b'jien xhud... ghax dghajfa) jinhall l-irbit li jdomm is-shih tad-dehen u fil-firda gewwinija l-ispirtu jinten. RIFLESSI thaxwix ta' tajers fuq il-art imxarrba hemda ma' kullimkien ebda sinjal ta' hajja ghajr tieghi. tnemnim ta' dwal fil-kenn ta' belt imbieghda fil-qrib dalma li twahhax minfuda... bid-dawl ta' zewg fanali w bid-dell ta' hsebijieti. BEJN HALTEJN (b'qima lejn it-teknologija; b'imhabba ghan-natura) Sthajjiltekf'mostru tistor is-sebh tal-qawwa; bghadtek... fid-dalma l-lewn mormi tat-theddid hammeg kull weghda mlissna; dmugh in-natura mhux konservattiva sahhahli fehemti mnezzgha minn xejriet imghaggla; harist fl-ghabex ta' hila rajtek... tnewwel tal-fiziku s-serh imwieghed --- lill-mohh il-hajr fin-nisga ghar-riflessjoni; stmajtek mill-gdid dhakt... ha nzeblah fehemti nejja wicc in-natura sfigurat ghajjibni. JEKK QATT... Jekk qatt ma sehh li twettaq biss fil-hsieb jekk qatt ma mtela l-vojt miftum minn dak li qatt ma sehh jekk qatt ghax li ma sehhx fil-hsieb twettaq fid-dieher forsi ghalhekk il-kawza bla gharfien . ILBIERAH... Ilbierah... ruhi bkiet filwaqt li tqabdet ma' mewg imnixxef li halef theddida ta' qirda bla razan... ta' tixjin. Illum... nixef id-dmugh u tberrdu l-haddejn bih imsoqqija. Ghada... ma nafx. FUQ L-INKWINA... Bqajt lura... hmilt nara mhux midmum is-serh tal-kenn li kellu jinhatt l-ghada tghid harba bla tbeghid thaddan id-dehen li tifdi d-diwi mrazzan ta' jasar it-tigrif? MILL-BOGHOD... MILL-QRIB.... Mill-boghod... medda ta' ilma safi fil-firxa tieghu mhux imgedded ghax qatt mittiefes; il-hagar zorr bla mdaqqa ma jafx iwieghed ghajr ponot misluta li jcarrtu bla ma jdewwu l-qighan ta' saqajn tarja qatt hafja qabel; il-blat imdendel jhedded bla sabar f'xenqa li jwettaq hieles l-amar tal-gravita'. Ix-xemx indifferenti. Mill-qrib... miragg; bla simetrija l-hagar mimli jwieghed is-serh ghalkemm mhux dejjem; fil-kenn sieber, imsahhan tal-blat tittaffa l-ghera. Fil-fond mistur l-istima bla tixjir fl-gharfien tar-realta'. NATURA MDABBRA Ghaliex taf lilek biss u tqim sa l-art li tmidd il-passi fuqha ma tafnix jew... tafni biss biex tkabbar dellek kiebi fuq wicc imqit u niexef ta' natura mahluqa minnek. Lil hinn mir-realta' li thaddan int is-serh fis-skiet minsug ma' l-ghanja hielsa li tbennen il-holqien. BNEDMIN TAR-RAMEL Sirna bnedmin tar-ramel f'dezert bla xtajta nitbasktu f'qillet ix-xemx ta' l-ghira jew nitqammsu fi gzuz ma' rih l-ipokrisija; ramel li jwelled ramel biss bla patria kull farka ghaliha izolata u ccirkondata dawramejt mill-ego taghha FIL-FOLLA Tidher qed wahdek, mitluf qalb il-folla iccapcap tghajjat ferhan jew hosbien bniedem tal-bierah, tal-lum, ta' pitghada, marbut bl-idejal mal-medda taz-zmien. Fil-ferh u n-niket mal-bqija tac-corma tipprova ssemma lil lehnek sikwit biex tfahhar titlob jew taghmel protesta biex tara dinja imghammra b'kull gid. Tajjeb tinghaqad ma' hutek, ghax wahdek taf li fil-hajja ma ssib l-ebda sies izda jekk tibqa maghluq f'jien imkabbar wahdek tkun qieghed ghalkemm qalb in-nies. FORSI... Forsi dawk li bhali jterrqu fil-labirinti kumplessi w jixxabtu mat-tlieghi wieqfa tal-bijologija molekulari jifhmuni u jifhmu 'l ghaliex bhal tifla zghira nissahhar il-hin kollu quddiem il-holqien tieghek. Mill-icken fjura dahkana sa l-ikbar sigra fuqana tghaggibni bil-qawwa melliesa ta' drieghek u bl-intensita' niffieda ta' hsiebek Hallieq u Inginier ta' hila. NISTENNA... Nistenna... w il-hin li soltu jtir jitlajja biex mieghu titkennen ilpvlegga werrejja t'arlogg li jtektek bil-lajma... u f'ritmu bla hajja jfakkarni bid-dieher li raj iz-zmien bla ruh m'huwiex f'idejja; w bi hsiebi jhabbat fuq is-saqaf haj ta' mohhi biex johloq ritmu gdid nintebah kontra qalbi li z-zmien bla jkejjel il-pass mieghi jahmel lili nistenna... DELLIJIET Ghaliex? filwaqt li hafna drabi nkun nixtieq insib xi ragg ta' dawl li jimla l-mohh u r-ruh immur infittex wara kejl ta' lqugh li jfixkel sfiq id-dawl hieles tax-xemx u jdawwarni b'dell imcajpar? m anafx li fin-nuqqas m'iniex se nsib il-milja u f'dak li hu imfixkel ma jezistix helsien? Ghaliex? inhaddan ta' kultant ix-xewqa li nehles mid-dell tieghi li ghex u kiber mieghi u li garrejt bla rfigh tul hajti kollha? ma nafx li dak li hu m'iniex se nxejnu jiena? w dak li jidher minghajr hniena mhux ghajr id-dell mistmerr li issa bicca minni? ---------------- E-mail to: Rena Balzan Ph.D. Return to Main Page