FJUR TAL-GEBEL POEZIJI Alfred Massa IT-TNEJN 16 TA' DICEMBRU 1985 minn par ghajnejn ta' tfajla werca ilmaht jizzerzqu helu helu zewg gawhriet u ma fhimtx ghaliex fuq fommha kellha tilghab ma xagharha mdieheb tikmixa qarsa li fakkritni f'tal-harifa il-hlewwiet wara ftit rajt volvo riesqa u zaghzugh imperrec sew bezaq barra minn got-tieqa sigarett imbaghad fhimt tizwiq il-hajja ukoll jekk id-duhhan tas-sigarett tappanli lil ghajnejja ------------------------------- IL-HAMIS 18 TA' OTTUBRU 1984 tfajla tal-wied ibqa igri qalb il-hdura tal-haxix isma l-ilma gieri jhaxwex tpaxxa bdawk l-ilwien tal-fjuri twennes bl-ghana tal-ghasfur inza hwejgek w ostor gismek roza u sbejjah bwerqiet hodor tal-banana tfajla tal-wied sodd widnejk aghlaq ghajnejk sabiex zgur ma tintebahx b'dak li qed fil-pjazza jsehh tfajla tal-wied ibqa' emmen li tghallimt ghax illum hu aghar mill-bierah w ghada mcajpar jisbah zgur il-qawsalla titlef gmielha jisraqhomlha l-ahmar skur izda int la tinkwetax basta l-pjazza ma titlax qis li tibqa hawn f'dal-gmiel qalb is-safa tal-holqien -------------------------------- IS-SIBT 10 TA' MARZU 1984 Il-bierah hassejtni wahdi qalb folla nies fid-dalma sfiqa ta nofsinhar. F'widnejja dewa r-rampil tal-qniepen ferhana waqt li t-tfajliet somor, imbissma, b'gisimhom gheri mgezwer ffaldrappa zifnu mar-ritmu taghhom tqil daqs id-diqa li kellhom tilma fi hbub ghajnejhom. Illum bhall-bierah. Ghada bhal-lum! Id-dghajsa tofroq dejjem l-ilma mdardar; destini fit-tmun. ---------------------------------------- L-ERBGHA 22 T'APRIL 1981 Dal-ghodu xhin l-ambulanza rajt ghaddejja, isserrep u tinghi qalb il-folla (u kont naf li kellha lilek fgifha) qabzet demgha shuna minn ghajnejja. Imbaghad hafif, hafif xejjerttlek u fqalbi ghedtlek: "Ciao"... Le, mhux ghal dejjem! Xi darba nergghu zgur niltaqghu, niltaqghu zgur... xi darba. ------------------------------------ IT-TNEJN 1 TA' JANNAR 1979 Illum infetah bieb gdid bhal tant eluf ta qablu. Harist il gewwa w bzajt ghaliex dlam biss jien rajt. Xi hadd minn wara il gewwa mbuttani u l-biza kootor fija ghax dikment tfaccat quddiemi il-kbira MISTOQSIJA.