POEZIJI TA' ACHILLE MIZZI ARIZONA Jiena d-dezert ghatxan ta' l-Arizona. Bi nhar huggiega ta' nirien imdendla fuq bahh etern. Ramel mikwi jinkalja igerref u jingiref. Xtieli muxghara jrieghxu bit-tixwik, kaktus iniggez qalb il-fwar li jitla' bhal holma mrieghda minn go l-art hamrana. Holma donnha miragg. Holma ta' ghatx. treddin id-demm idamdam gol-qorriegha idamdam biex jinheles f'ghejun bla xaba'. Il-boghod skeletri mtertqa jitrieghdu z-zkuk imqarqca. Jiena d-dezert ghatxan ta' l-Arizona. Bil-lejl holma ta' serh u poezija. Il-ward tal-kaktus jitla' f'ghaxwa hamra. Iz-zkuk bajdana b'dirghajhom imberrhin jinbidlu f'arpi tal-fewga helwa. Bhal karba ta' kitarra imkebbsa b'dawl il-qamar minni ghanja tinsilet. LA NOCHE OSCURA Donnejtni sponza inlaqqat mill-mehriez ta' l-univers sigriet l-ispazju kuntrapunt bil-lewlu tal-kostellazzjoni. Donnejtni sponza l-ispirtu ta' l-art nixxuga min-nixxiegha tal-kurkanta ghaslija fl-orificju miftuh ta' tina ghaslija. Donnejtni xuga nisponza mix-xitel tal-bajtar kaskata nida bhas-sried li fih akuti is-sriebet kohol tad-dija tal-kwiekeb jidjiequ u jiffukaw. Imma xufftejja xorta qoxqox u jigu waqtiet li nibki fix-xaghri in-nixfa 'mplakabbli ta' ruhi dezert. U jitnewwilli ma' fommi fuq rasba il-qares tal-hall biex nitrejjaq. SONATA Harist fil-gwiebi mudlamin fejn xtieli xuxithom ilahalhu fid-dlam tat-tifkiriet. Minn ruhi gelbnet tnehida kiebja x'hin rajt biss ta' mhabbitna n-nwar immermer fil-qiegh imdallam, u bejn il-weraq zewg lewliet leqqija demghat mitwija li fihom ghadu jnemnem id-dawl tal-kwiekeb hiemda li tahthom flimkien xtarrejna l-benna ta' l-imhabba. L-GHANJA TA' MARA Bhall-bzieq ahdar haxix ta' bebbuxu bellusi jfuh ir-riq ta' fommu. Bil-pjagi stigmati msammra ma' riglejh u dirghajh fl-imhabba. Ma tifhimx ix-xjuhija! Bil-pizzi tar-raghwa bizzilla jghargharni fil-bahar ta' holmti. Truf ta' stalletti jisomtu l-ponot ta' sidri. Jekk l-isqra b'munqarhom ximitarri bcejjec lil gismi jbiccru maz-zkuk mehmuz lahmi jxandar jibqa' bi lsien tan-nar imhabbti. Ma tifhimx ix-xjuhija! L-istagun tan-nebbieta gamra bil-wisq ikedded. Gismi sigra lieheb hawha f'genbejja mielsa. Ejja nistenniek fuq id-dwieb tan-nirien bl-arpa f'xuxti ntiru flimkien fl-ghadira ta' holma bla tmiem. DJALOGU Meta nkellmek fil-holma tieghi issamma sew. Ghax ma nkunx jien qed inkellmek imma jkunu l-ilsna ta' demmi iwahwhu it-tnabar ta' razzti. Jien inkun centupied b'rasi tistrieh fuq imhaddti u denbi jmur lura, lura, lura... lura jirtira denbi geologiku fl-ghodwa meta l-prizmi kienu ghadhom ma welldux id-dawl mill-qawsalel. PERLA Saret kristall il-bewsa tas-sireni u nfirxet fuq l-imhadda bellusija tal-haxix fil-holma ta' qiegh l-ibhra. Inqaflet go l-izraq tal-perla l-istrixxa dawlija tax-xefaq fil-ghodwa. Il-laqx ahrax tal-melh mingur mid-djul tal-mewg melliesa bi hgiega ksiha. Ohlom, hanina, ohlom holma ta' benna u f'teptipa t'ghajn din il-perla ssib pogguta bhal qatra maghquda minn demm il-holqien fuq sidrek bejn il-hamiem bojod halib; bewsa ta' poeta. X ELEMENT Kultant nismaghni nahseb bhal brimba li tohlom ghanqbuta tal-hgieg minsuba tixxeblek bhal antenna biex taqbad resonanzi lilhinn mill-urni minsija fil-gonna tal-bierah, lilhinn mix-xefaq ta' l-ghada mid-dmugh u mic-cpar... mill-irmied. BEWSA Ix-xaghar t'ghajnejk bhal bizzilla tar-raghwa li tinfirex fuq ramla tonda bhal naghla solitari. u r-raghwa tixkuma tfexfixa fix-xejn bhal bewsa fragli u hafifa li biha dellilt il-misteru ta' ruhek. IL-KANTIKU TAD-DEMM Id-demm fih intensita' ta' xmux tal-kobalt jinstahqu go mehriez bla qisien. Id-demm fih globi u qmura jitghawmu fil-hmura ta' bahar mielah bahar primordjali. Id-demm aghma u trux ihoss il-waqt tal-verita' ta' grillu kkargat. Id-demm ihoss il-periklu ta' qrun barri ttemprat. L-ilsien ma jfissirx xi jhossu x-xuftejn jirtoghdu fuq xaghar il-ghajnejn f'bewsa fietla ta' bufula titharrek, imma d-demm ihoss u jaf. Fid-demm jintirtu z-zrieragh tal-bniedem. Fid-demm in-nida u l-halib, fid-demm in-nar u n-nar fid-demm. Fid-demm ic-cwievet li jifthu kull bieb. Fid-demm il-frak tal-muzajk. Fid-demm l-uhux u l-allat. Fid-demm l-imghoddi u li gej. Fid-demm is-sejha tat-tnabar mid-diwi ta' l-ibghad zminijiet. Fid-demm immansata hemm il-berqa ghammiexa ta' l-gharfien ta' l-ispirtu mnebbah. Fid-demm hemm it-twahwiha mmutata ta' sisien l-igbla jdoqqu daqq elettroniku ta' cimblu l-granit. Is-silenzju ta' l-ibhra ghazziena hemm fid-demm, il-malizzja ta' l-ibhra jitnaffru taht il-madmad tar-rih. Helu tamal id-demm merdugh mill-fomm mitbuq fil-vendetta. Id-demm it-trofew li ghaligh tinkileb it-tajra tal-priza. Fid-demm id-dehxa tal-bewsa tal-Mulej taht is-sigra tat-toffieh. Ma fihx logika d-demm, id-demm bhal kokka li ssib triqitha fid-dlam. Id-demm fih intensita' ta' xmux tal-kobalt jinstahqu go mehriez bla qisien. AWTO-KUXJENZA Meta norqod il-jien johrog minni, u jintasab bil-qieghda ma' genbi jahdem is-suf ta' holmti ta' lbierah bl-ilwien tat-tifkira li taret. Ghax l-imghoddi tieghi mhux jien. Meta nqum narga' nilbes il-jien. Fil-bir tat-trasparenza nittawwal ghall-eku tad-dawl, nara crieki jitwessghu mqanqlin, u nohrog nissielet fi dwell mal-gejjien. SIRENA Fuq pultruna zdrajjata liebsa llum zigarella ta' bikini issoff flixkun koka mit-tibna. Hbub ghajnejha oskuri taht nuccali tax-xemx joholmu s-serduq bil-ghalla tad-demm li jbaqqan b'geddumu tan-nar. U x-xemx bl-gheriebel raddiena tkebbes xrar fir-ramel li jikwi. Jisbah ghada u targa' tilbes fardal kulurit tintasablek tixtarr id-diwi ta' tbaqqin is-serduq fil-hoss tal-vit itektek taqtir iz-zmien fis-sink tal-kcina. TAQTIR IS-SKIET Bhaz-zibeg tal-hgieg, bhad-dmugh tal-granit, bhall-gharaq taz-znied qed iqattar... qed iqattar is-skiet. Fis-swali u l-gherien fejn jivvibra u jirbombja t-twerwir ta' l-uhux u l-allat minxurin bhal mummji jixtarru fl-arazzi mmermrin tal-palazz sotterranju qed iqattar is-skiet. U l-orgni ta' l-ilma qed jerhi bhal terha, ticpisa tinhall lewn vjola sommersa. Sinkopati s-sekondi jittappnu rbattuti f'tahbithom... imsiemer gol-gbejna hemdiena tal-mohh. U qisu bhalkieku fl-ghadira ta' holma l-imghoddi il-prezent u l-gejjien qed jezistu flimkien, simultanji bhal binarji... minn imkien u ghal imkien. Bhall-gharaq taz-znied qed iqattar... qed iqattar is-skiet. LEIT MOTIF Ghajnejn b'elf faccatta bhan-nemel kelli meta harist lejn il-werqa. Intaxret quddiem wicci bhal arazzi li fiha jbaqbaq demm il-hdura. Fil-bizzilla tal-vini midmuma l-arkitettura stajt nara tal-gotiku elf xewka merfugha fuq rifda maggura. Tertuqa li ssaffi d-dawl ahdar bhal tieqa tal-hgieg f'katidral. Gjometrija li tirfed il-kwiekeb f'bilanc u twiezen it-truf kristallin tad-djamanti.