Mill-Garigori Ta' Mohhi Din hi gabra ta' poeziji 'moderni' li dehru fis snin sebghinijiet fil-folju umoristiku IX-XEWKA taht xi psewdonomu. Hafna mill-hbieb tieghi li jieli bil-pacenzja kollha qaghdu jisimghuni naqrahhomlhom, hajruni biex nigborhom flimkien fi ktieb. F'dan il-ktejjeb se nzid ukoll xi poeziji li qatt ma gew ippubblikati. Ix-xoghol niddedikah lill-hbieb Maltin tieghi kollha specjalment dawk li japprezzaw ftit 'sense of humour'. Louis (Gigi) Zammit, San Pawl il-Bahar. 1978 IL-HAFA' (12 November, 1973) Fl-antik jitkazaw bina kienu l-barranin. Ghaliex fit-toroq taghna Maltin, jaraw hafjin Il-lum il-folja nqalbet, zarbun kulhadd akkwista. Ma tarax aktar hafja Hlief, xi tfajla turista. TAJBA DIN! (19 November, 1973) Professur mill-manikomju hareg biex fuq vista jmur 'Puncture' lemah fil-'car' tieghu rabja gietu daqs ta' sur. Gerger tnejn u gab li' 'stepney', rota ggakkja b'mitt elf mossa. U fil-fixla b'siequ mbotta l-iskorfini gewwa fossa! Hawnhekk issa ferm infixel, l-erbgha kollha sparixxew! Kif ser jaghmel? Hakk tnejn rasu Biex l-istepney jwahhal sew? Josservah minn tieqa fl-gholi pazjent kien, hariglu b'dina. "Profs ghax mit-tlett roti l-ohra, ma tiehux inti skorfina ?" Din l-idea l-Profs accetta; tlett skorfini b'hekk akkwista. Qal ghal anqas hekk niddobba, sa garaxx insuq kif nista'. Lesta x-xoghol u bi tbissima huma dar lejn il-pazjent. 'Haqqek prosit ta' l-idea illi gietek fil-mument." -"Eh! Profs," fis il-pazjent qallu. "Hlief b'mignun int ma tafnix. Pero' wahda sejjer nghidlek - "Mignun jien, 'mma cuc m'hinix!" ISMA' DIN (25 November, 1973) Xmun it-trux kienu jghidulu. Jisma' nitfa qatt ma kien. Sar jaf li gie specjalista li kien gharef bla qisien Fiss mar ghandu sabiex jara, jekk ghalih kienx hemm fejqan. "Lilek tisma' nerga' ngibek!" Qallu l-profs kollu dahkan. Saret pront l-operazzjoni. Mill-ispar hareg malajr. Ghal 'check up' mar Xmun biex jara, kemm l-ispiza, u jizzieh hajr. Xmun kien kollu ferh u gloria - Vista ghas-smiegh il-profs ghamillu. Qallu, "Veru irnexxietlek!" Bhalu kas hu qatt ma kellu! Mbaghad Xmun pront ried ihallas, ghaliex dejn hu m'ghamel qatt. Hawnhekk fis il-profs tennilu, "Sitt mitt lira, tond, bl-ezatt!" Sama' hekk, Xmun beda jahseb -Kemm ahjar meta kont trux!- "Eh? X'inhu? X'ghidtli? M'inix nisma'?" Ghal taparsi ma fehmux! KBIRA DIN (2 December, 1973) Russu w Yankee darba wahda b'dew jiftahru ma' xulxin; fuq kemm kbar progetti jsasslu fi New York jew fil-Kremlin. Damu hafna t-tnejn jiftahru Dina ggant u dika kbira. Biex ifahhru lill-pajjizhom taghhom biss kienet il-mira Wara hafna l-Yankee qallu, - Fl-Istates ghandna knisja kbira, kollossali u spazjuza, kulhadd lilha fis jammira Kbira tant, illi tarbija b'ex titghammed tmur ghall festa: Meta din mill-knisja tohrog, kibret tkun u ghaz zwieg lesta Dik m'hi xejn ir-Russu qallu. Aircraft-carrier ghandna kbira, b'kcina mghammra kolossali, li qed nghidlek mhux b'tifhira... Kok, tant kbira ghandu l-borma, meta jghalli ghall-ghagin. sabiex jara hux ibaqbaq l-ilma, jinzel b'sottomarin! ANTIKA DIN! (8 December, 1973) Barunissa, armla xiha, xtaqet ftit tal-kumpanija. Thajret pappagall iddahhal, biex ma tghejx f'monotonija. Marret hi ghand tal-ghasafar u staqsiet ghall pappagall. Tal-hanut qalla ghandu wiehed, kif tisimghu, zgur tinhall. Dana qalla, jaf b'zewg lingwi, Sew Ingliz u hekk Taljan. Biex turih x'lingwa ghandu juza zigarelli ghandu dan Wahda kahla, wahda hadra Ma' kull sieq qeghin imwahhla. Ghat-Taljan tigbidlu l-hadra, Ghall-Ingliz taqbadlu l-kahla. Biex tipprova l-barunissa, gibdet hija zigarella Hadra kienet, l-ghasfur tkellem, -Come stai, signora bella? Ferm ghogbitha dir-rimarka. Imbaghad gibdet hija l-blu. Pront il-pappagall kelliemha -My good lady, how are you? -Prosit hej, x'manjieri ghandu. Dawn il-kliem min ghallimhomlu?- Imbaghad hi, kurzita' gietha u t-tnejn f'daqqa gibdithomlu. Ghoddu waqa', ferm irrabja Meta ra l-ghamlet apposta. Gibed tnejn bil-Malti safi- -Ja zmagatha, kemm int tosta! ONE HORSE POWER DIN! (15 December, 1973) Skarsa l-petrol, u Nikola. dlonk remaghlu bl-isbah ziemel. Miz-Zebbug hu tlikki, tlikki, triqtu gibed lejn l-Imriehel Baqa' mbaghad sejjer ghar-Rabat. F'nofs it-telgha tas-Saqqajja...... Ghatc kbir qabdu z-ziemel tieghu, Ghajjien, jilgheg, mank nifs hajja. Kola pront mar go 'bar' dahal. Lis-sid staqsa ghal barmil... Fih sitt flixken gnibru ferra, kulhadd skanta b'dan l-ghemil. Il-barmil gab hdejn iz-ziemel, li fil-pront il-gnibru xorob. Hekk, malajr beda jistejqer, sar ferhan, ma baqax jokrob. Ghand il-barman mar Nikola, Ghax ihallas ried il-kont. Hawn tal-bar kurzita' gietu u staqsieh dana fil-pront. Qallu, - iz-ziemel xorob hafna u int mank ma grokk sa dduq? - Eh, ix-xorb mhux sew ghalija - Kola qal. - Ghax jien sa nsuq! HSIBIJIET TA' VAZU (29 November, 1975) Fi zmien in-nanniet taghna kont dejjem sew mistur; taht sodda, miksi b'xkora, tarani, dizunur! Kif f'dar barrani jidhol titqanqal ternezija; jekk inkun nidher f'kamra jaqbduni jigru bija! Jahbuni gewwa loki, Jghattuni b'xi gazzetta ghax jekk sisi jurini zgur johrog ta' mazetta. M'ilux jiena sibt ruhi ghand l-aqwa rkantatur "Lott sitta," qal lill-folla "Antik, vaz tal-kulur ... "Ceramika wisq fina, mitt senda ghandu zgur!" Kulhadd beda jghollilu ghax xtaqni ghandu mmur. Sibt suhi ghand sinjura, turi b'attrazzjoni - Sa fl-ahhar anki tieghi giet l-emancipazzjoni! - Poggietni f'nofs ta' mejda b'"arrangment" chic florali Tahti "doily" sabieha - veru rispett reali! Dawn li gejjin huma whud mill-ISTROFI TAL-HANINI AKTAR MODERNI bil-bidla li minflok numru tajthom titlu. WISHFUL THINKING Dak hanini kemm hu helu, Xaghru iswed daqs it-tut. Jekk l-'engage' itini l-lejla, Nibqa' nhobbu sa ma mmut. JEALOUSY Dak hanini kemm ihobbni, xtrali 'cooker' ghal 'birthday'. B'ghira kbira l-gara qaltli - Sbejjah hu, 'mma jahli xej' HAJJA MGHAGGLA Dik hannini kapriccuza Trid tiffranka hi l-hin. Xebghet toghrok bis-sapuna - issa trid 'washing machine' STILTED CLOWNS Phu ghalik int x'qatgha tajni. Hemm fejn talajt fuq iz-zarbun? Gej ixxengel fuq il-'platform' jien mill-boghod hsibtek buffun. CREW CUT? NIX! Dak hanini kemm hu sbejjah, kemm xeraqlu xaghru twil. Qed insellfu anke r-'rollers' ghax ihobb jibdel l-istil. OVERDOSE Dwejjaq ghandha w l-kalmanti qed tiblahhom tlieta, tlieta. Meta nohrog mal-hanini, din toqoghdli kwieta, kwieta! EASY TERMS (December 3,1973) Ghanda 'washing' ghandna 'cooker', 'Fridge' ghal wiehed ghanda tnejn. Bin-nifs kollox qed inhallsu - X'wahdadin kemm ghandna dejn! MIX-XEJN MA TITLEF XEJN! (December 15,1973) F'tal-hanzira tlift elf lira, f'tal-Bical inqbadt b'elfejn. Fli 'stampede' gejt minn ta' l-ahhar. Baqra jien! Ghax ma gbidt xejn! FIAT LUX Dak Gaddafi kemm ihobbna. Zejt ghal sena sa jaghtina. F'ritratt naghmlu mal-hanini, u lit-tnejn nixghel lumina! PETROL CRISIS Petrol hazen hames glanen. Ghaliex issa hekk il-moda. Fil-garaxx mort mal-hanini B'nar imhabbtu ghoddu....sploda! ERGAJNA CURFEW X'wahdadin kemm dlam fit-toroq. Din xalata ghan-namrati. Ma jdumux ma jergghu moda, il-babaw, u l-fatati. LOVE IS BLIND Tombi, tombi, katakombi, fid-dlam jiena ma narax. Qisna f'limbu fil-ghaxija, hanini ma jilmentax! HUTTABA COMPANY LTD. (9 February, 1974) Sulfarina trid tizzewweg, Sulfarinu ma jridhiex. Tghid nehduhom ghand ta' Kana biex naraw dal-'match' jaqbilx FOSOS IFURU Fejnek, fejnek Arcipierku? Sparixxejt int bhall-Mandragg. Issa ejjew San Pawl il-Bahar halli taghmlu d-drenagg! (... u d-drenagg beda u tlesta sena wara.) QASAM IL-KAMRA Tal-maduma spiss xokk tiehdu, maghkom qabdu bhal qarnita. Baldakkin taghkom xokk iehor fittxu wahhlu 'salvavita'! TOURIST BOOM Tal-Muzew ser ikellimkom - Dak li taghmlu ghamluh sewwa - Mose' bena lukanda ohra fuq il-ponta tac-Cirkewwa IL-PETROL GHOLA, GEMMGHAWLI GHALL-QUDDIES Meta mmut fittxu huduni taht is-sigar tac-cipress. Biex ma tonfqux hafna petrol, illi gorru b'xi kaless. IN VINO VERITAS (23 Febraury, 1974) It-turisti spiss jghidulna kemm l-imbid hu tassew bnin. - F'Malta ghandkom hafna mbejjed imma d-dwieli, fejn qeghdin? Forsi turi dina l-ghana li s-sigriet nafu ta' Kana! GET WELL CARD (2 March, 1974) Kemm se ndumu telghin tlajja, il-frott meta se nduquh? Kif weggaghalna r-rajjes taghna meta b'sahhtu iriduh! Temmen bl-ghajn minghajr ma trid. Fittex bahhar, sur perit! MALTA, TAL-MALTIN (9 March, 1974) Bil-'car' ftit qeghdin nohorgu mindu giet taz-zejt il-krizi. 'Picnic' morna bhal haddiehor gewwa l-Marsa ta' l-Inglizi. - Ta' l-Inglizi? Qrun, kazzola, tal-Maltin, ta' Cikku u Kola! MESMERIZMU Iggilidna u Strada Rjali, tippassigga biex tinkini. Lejha nhares jien bil-hniena... Bil-hars twiegeb, nini, nini! MITOLOGIJA GRIEGA Jistad johrog hu bli speedboat, ghax il-bahar tiehu l-hena. Darba qabad kelb il-bahar. Darba harab ma' sirena! LOVE BOOM Dak hanini jiskartani, jahdem spiss in-nar tal-festa. Arah jieha bil-murtali porvli jaghfas f'kartapesta. Nar imhabbtu nixtieq f'hobbu Kieku zgur aktar inhobbu. IT'S IN THE AIR (6 April, 1974) Kemm nixtieq li kont air-hostess halli ntir jien bhal ghasfur. Ma' l-Air Malta kont nittajjar ghand hanini Londra mmur. Biex jixtrili 'ring' b'djamant Intir f'Boeing gdid fjamant! EPITAFJU (16 March, 1974) F'hajti kasbruni, Hafna maqdruni... F'mewti fahhruni, anke qaddsuni. Tkomplux issahruni! Nitlobkom turuni la dmugh, la kuruni... Fil-kwiet biss halluni... Il-kitba satirika u umoristika bl-ingliz qatt ma saret il-forte tieghi. Darba izda rnexxieli naqleb folklore Malti ghal Ingliz. Ghalhekk, 'O lilek tal-gallarija idhol 'il gewwa ahseb dnubietek ... giet maqluba hekk: (6 April, 1974) Oh beauty! Of the balcony go inside and think your sins. All your ugly sisters married... Some have triplets, some have twins! Bhala tabib voluntier ma stajtx ma niktibx .... L-INNU TAT-TOBBA VOLUNTIERI (22 June, 1977) (Jitkanta fuq l-innu tal-M.L.P. "Lejn din l-ghaqda fis nittajru, ecc.) Ahna t-tobba voluntieri go Saint Luke's ma' salt strangieri, xogh'l nghidulkom x'jigifieri jekk tal-M.A.M. qed jiskrajkjaw. Nidhlu nahdmu ikoll ferhana u ghal din il-hidma taghna, qawwu qalbkom, serrhu mohhkom, taht idejna ma jmut hadd! Bit-tbissima fuq xuftejna, b'xi siringa gewwa jdejna, issa li dil-hidma bdejna zgur li ma se ncedu qatt! MAMamija bbojkottjawna u lill-B.M.A. ga gzawna, ara lilna dawn x'qatt tawna hlief xi lieva w machine gun! B'tal-Mediterran jghinuna hafif xogh'lna daqs tan-nuna: Emergenzi, bla ezigenzi dmirna biss naqdu l-batut. Viva t-tobba voluntieri! Go Saint Luke's ghollu l-bandieri ghax fil-mard zgur hadd ma jmieri il-pazjent l-ewwel ... mhux il-but! LIL HBIEBI - IL-KLIEB!(31 July, 1976) Qatt ma gidimni kelb, bnedmin gieli sawtuni. Ghax gieli qbist ghalihom whud giddieb ghajruni. Ahfruli klieb. Nixtieq qabel jaghlaqli s-separju. il-lawrja ta'tabib nibdel ma' ta' veterinarju! Fl-istrajk tal-furnara fi Frar 1977 inholqot din il-poezija. HOBZNA TA' KULJUM (19 February, 1977) Kemm hu tajjeb il-hobz tal-Perit, kemm ifuh bl-ohla toghma penit. Smajt in-nisa tad-dar jesklamaw, waqt li marru ghall-hobz jikkjujaw. U ghal kisra bdew jieklu tnejn, tlieta, min ixappu mal-brodu jew ftieta. 'Mmma Perit, jekk l-aptit tatna l-hobza, kif qatt nistghu innehhu dis-sonza? SINE KALMANTI (12 January, 1978) Niftakar tfuliti, kont nghix il-Hamrun, go toroq imharrbta nilghabu l-ballun. Ballun kien tac-craret, nixtruh sitt-habbiet, jitqatta w jissewwa dan kien ta' sikwiet! Karozzi pparkjati fi trieq ma kienx hemm. Kien hemm bombi w xelters tixrid kbir ta' demm. Tfal konna dahkana noqoghdu fil-queue, ghall-ikel, ghal hobza bil-lejl, dlam, curfew! Fil-kesha tax xelters niftehmu flimkien, biex xi loghba football nilghabu l-girien. U malli s-sirena tavzak 'raiders pass ...' nohorgu mix xelter bil-maskri tal-gass. Flok lasti tal-football tpoggew zewg gebliet; u konna nilghabu bil-galbu, bis-skiet. 'Mma hekk kif xi player jiffawlja fuq l-ghaksa, gwerra ohra titqanqal u nispiccaw l-ghassa! Kien jigri warajna, jaqbadna l-pjantun. Surgent bit-twissija jehdilna l-ballun. tintesa l-istorja u ddoqq is-sirena; dlonk nergghu ghax xelter - ruzarju w novena. U ghext jien f'tfuliti f'tahwida mentali. bla pirmli, bla drogi - kalmanti banali! MIRAGE IN GREEN (2 June, 1978) Rajt bosk ta' sigar kwadri, ihaddru fil-gholjiet. Taht sema blu kahlani, jitbissmu mas-smewwiet. Minn kull lewn t'ahdar kienu. Pistaccja w emerald. Qatt ma rajt daqs tant hdura, fin-nixfa ta' din l-art. Tghiduli, 'Mma fejn rajtha, vizjoni hekk sabieha?' Mill-'car' fil-boghod ilmahtha, fil-bajja tal-Mellieha.