IR-RAGEL TAL-QAMAR KARL SCHEMBRI BAQA' miexi lejn il-foresta fid-dlam, wahdu. Kienet l-ewwel darba li mexa s'hemmhekk is-soltu kien jieqaf hdejn il-kancell. U minkejja li kien induna sa minn meta kien ghadu zghir li l-kancell kien miftuh, qatt ma ried jidhol qalb dawk is-sigar gganti li min jaf x'kienu jahbu warajhom. Il-passi tieghu stess bdew ibezzghuh. Le mhux ibezzghuh, ma kienx qed jibza'. Kienu qed idejquh. }sejjes zejda, ta' xejn, imbaghad f'dak is-skiet u f'dik id-dalma, iktar tkun tixtieq tikkonforma max-xejn, milli tohloq l-istorbju. Kompla miexi llejla, mhux bhas-soltu. Is-soltu jieqaf hdejn il-kancell u jdur lura lejn id-dar biex forsi jasal f'xi nofs il-lejl. Imbaghad jiftah il-bieb, jinza' l-kappell u jpoggi l-glekk fuq l-ispalliera ta' l-injam, jiftah il-buttuni tal-qmis, jitfa l-ingravata fuq is-siggu u jiftah it-tieqa tal-kamra tieghu. Minn dik it-tieqa kien joqghod ihares lejn il-qamar. Xi drabi kien joqghod jidhaklu, drabi ohra kien jitkellem mieghu, jew inkella kien jiccassa lejh u jhoss li m'ghandux ghaliex jitkellem. U kien jibqa' jhares lejh mit-tieqa sakemm il-qamar isellimlu u jarah jitbieghed u jiccajpar. Imbaghad kien jidhol fis-sodda u jorqod u ma jergax iqum sakemm il-qamar jerga' johrog. Imma llejla le. Illejla bla ma jaf ghaliex kompla miexi u ma darx lura x'hin wasal hdejn il-kancell. Hu u miexi beda jhoss ziffa rih ghaddejja li qalb il-frieghi tas-sigar tac-~ippress bdiet bhal tkanta ghanja b'noti strambi. In-nida bdiet tkessah l-arja kollha, u l-kesha hassha tiela' mill-hamrija mxarrba ma' kull pass meqjus li beda jaghmel. Nofs il-lejl neqsin hamsa. Jekk idur issa jasal id-dar ghal xil-kwarta. Idur, ma jdurxg idur, ma jdurx. Issa l-hamrija kienet tizloq. Ahjar idur. Imma ma kienx qed jibza'. Qed jiddejjaq. Kompla miexi. Minkejja li l-hamrija kienet niedja fuqha kien hemm hafna weraq niexef li beda jaghmel il-hsejjes kull darba li jintrifes. Ipprova ma jirfishomx, izda f'dak id-dlam ma setax jara. Seta' jhoss is-sigar kull darba li jahbat ma' xi wahda minnhom sakemm sab passagg bejn is-sigar u baqa' miexi mieghu. Il-kesha hassha tizdied. L-art kienet iffrizata u l-kalzetti tieghu kienu mxarrbin ghasra bin-nida u l-ilma tax-xita li kienet ghamlet xi saghtejn qabel. Dak iz-zarbun l-imgharraqg messu ilu li xtara wiehed gdid. Iz-zarbun l-iswed bit-takkuna mikula u bil-lazz immermer. Dak kien ihalli kollox jidhol gewwa hdejn is-saqajng mill-kesha u l-ilma san-nemel u c-centupiedi. Saqajh kienu qishom gebel, jew irhama kiesha ta' xi qabar. Ma seta' jara xejn. Id-dlam gabar kollox taht il-mantell tieghu u heba kull oggett li kien hemm taht is-sema. }ares 'il fuq biex jara fejn hu l-qamar, izda ma seta' jsibu mkien. Fejn mar illejla? Issa kien qed jibza'. F'hin minnhom sab kamra zghira b'bieb imbexxaq. Waqaf quddiem il-bieb u hares lura. Ma seta' jara xejn. Bahh. }ares lejn l-arlogg u ra li kien waqaflu. Illejla nesa jtih il-habel u issa ma setax ikun jaf x'hin sar. Izda bhalissa suppost li l-qamar hareg. Kien se jdur lura x'hin il-bieb infetah u minnu harget tfajla liebsa libsa twila bajda, donnha tixghel, b'disinji tax-xemx u l-qamar, bil-fjuri u l-weraq u b'gizirana maghmula mill-haxix u z-zkuk tal-fjuri. "Fejn sejjer?", staqsietu bi hlewwa t-tfajla. "Ma nafx. Irrid immur lura d-dar", qalilha mbezza'. "Ghaliex qed tibza'? Barra l-kesha, ahjar tidhol hawn gew ghas-shana", qaltlu waqt li fethet iktar il-bieb sabiex ikun jista' jghaddi. "Inti min inti?", staqsieha bla ma tharrek minn postu. It-tfajla harset lejh u qabditlu idu. "Jiena oht il-qamar", qaltlu. "IIlejla l-qamar ma harigx. Fejn mar?", staqsieha. "Il-qamar stenniek izda inti bqajt ma dehertx. Hu qalli biex nghidlek li qed jistenniek tmur sa hdejh", wegbitu filwaqt li dahhlitu fil-kamra. Il-kamra kienet zghira, vojta u mudlama. "Trid tiltaqa' mal-qamar?", staqsietu. "Fejn hu?" "Ejja mieghi", qaltlu u mexxietu sat-tarf l-iehor tal-kamra fejn kien hemm kancell kbir imsakkar. "Dan int biss tista' tifthu", qaltlu. "Kif?", staqsieha mbellah. "Ma nafx. Il-qamar qalli li inti taf kif. Wara li tifthu ghandek issib trejqa li twasslek sa hdejh." }ares lejn il-kancell u talabha thallieh wahdu. It-tfajla bisitu fuq gbinu u harget mill-kamra. Il-kancell infetah u hu mexa ftit, izda malajr hassu ghajjien hafna u pogga bilqeghda fl-art. Il-kesha ma bediex ihossha iktar u l-hamrija kienet niexfa. Beda jhoss gheja kbira fuqu u n-nghas beda jahkmu. Neza' l-kappell, il-glekk u l-ingravata u ntefa' ghal tulu fl-art ihares 'il fuq lejn is-sema. Issa kien jidher il-qamar, kien vicin, hdejh, kwazi fuqu. Fetah il-buttuni tal-qmis u halla lilu nnifsu jidhol f'naghsa bla tmiem fix-xejn tal-foresta ta' wara l-kancell taht id-dell tal-qamar. L-ghada filghodu nstab mejjet fuq il-kampnar gholi tal-knisja ta' San Frangisk, meta Patri {wann tela' biex idoqq il-mota ghall-quddiesa tas-sitta. {ismu kien iffrizat, ghajnejh kienu miftuhin u fuq wiccu kellu tbissima. Minn dakinhar il-qamar ma stenniex izjed lir-ragel stramb ihares lejh mit-tieqa tal-kamra tieghu. Il-qamar ma baqax jiddi fuq dak ir-rahal. Izda hadd ma nduna.