POEMS BY MICHAEL BUGEJA Migjubin bil-Malti minn Grazio Falzon L-GHAR TAL-HUTTAF Se niekol hobzok imtabba' griz ghax jien wiehed minn disa' wlied ghax missierna kien arrestat talli kines trab id-dqieq mill-bacir ghax ma jistghux jirrazzjonaw il-bzonn anqas issa -- bil-bombi taghhom ifaqqghu bhal gwieh zghar -- irrid nitlaq imxabba' minn did-dinja. -- "A Blessing, Malta, 1943" Jien l-imqareb tfajjel tad-dellijiet. Jien is-silwett Li nidher wisq fil-berqa tar-rokit tlehh Wara missieri fi triqtu lejn baciri, bahh, gzuz trab Musfar jittajjar fuq pjanci f'dawl il-qamar. Ghal halla Il-katakombi, igorr xkupa? Jiknes baciri, Igezzez trab li ziffa l-bahar twitti bhal marea. Tisthajlu jimmoppja gverta ta' vapur fatat, Sonnanbulu fuq il-pjanci, cert uliedu kollha Reqdin, halqhom miftuh, ifakkruh fil-huttaf. Sidru issa gheri, muskli jispikkaw kontra xefaq, Roza u vjola maz-zerniq. Idejh Imbajdin jgharmu trab fil-qmis, jorbotha Sorra u jlesti biex jitlaq, xkupa mwiezna Fuq spallejh bhal qasba tas-sajd; is-sorra, Kavall fuq xlief. Jien irrid nigri Lejh qisu il-Hadd mas-sebh, l-arja Mnazzgha minn all clear timtela' daqq qniepen, Gemgha turisti madwar missieri, idejh Jaghtihom lili milli lis-suldati: arrestat, Imbuttat 'il hemm, u li kiseb jisfa mitluq fuq bacir Ghat-tfajjel imqareb tad-dellijiet, silwett Jitrejjaq bil-hobz fl-ghar tal-huttaf. IL-GAGGA TAL-FNIEK Rabbiet il-fniek ghal laham irhis, zramec suf meta l-inqas stennejna. Iz-zija Lena kellha stonku u xafra biex thanxar ghonq fenek ghall-istuffat tal-Hadd, ritwal wara l-quddiesa. B'sengha ta' kirurgu zammitu b'widintu u selhet il-gilda fuq barmil sakemm id-demm nixxa qatra qatra quddiem ohrajn fil-gagga. Qacctet bicca bicca bhal biccier, tefghet il-gozz fil-barmil u dahlet issajjar l-ikla. Jien biex nilghab erfghajt is-saqajn, ghadhom miblulin, u ppruvajt inqabbizhom. WIRT IS-SAJJIED-PATRIJOTT ghar-Repubblika l-gdida Velu xibkiet jghattilu dagharu, is-sajjied miexi wara ibnu jizziguzajg max-xtajta caghqija, jaghti b'siequ hafjin l-gebel, blalen f'mohhu, imbaghad xi metall jitqabbez u jdur fuq gebla. It-tfajjel jitbissem, jiftah ponn samran juri munita tal-fidda ngliza tlellex f'inzul ix-xemx. Missieru jahtafha, idur fuq riglejh u jxejjirha lura kif kieku jaghmel b'huta mhux imdaqqsa. It-tfajjel jiccassa bicciera lejn missieru, ghajnejh zoroq fdal ir-rebha.