STQARRIJA UNIVERSALI DWAR IL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM (1948) DAHLA Billi l-gharfien tad-diniità proprja tal-membri kollha tal-familja umana u tad-drittijiet taghhom ugwali li ma jistghux jittehdulhom hu ssies tal-helsien, tal-haqq u tal-paci fid-dinja, Billi t-tkasbir u z-zeblih tal-jeddijiet tal-bniedem gabu maghhom ghemejjel kiefra li wegghu l-kuxjenza ta' l-umanitr, u l-migja ta' dinja fejn il-bnedmin ikunu hielsa li jitkellmu u jemmnu, me?lusa mill-biza' u mill-mizerja, kienet proklamata bhala l-oghla xewqa tal-bniedem, Billi hu essenzjali li l'jeddijiet tal-bniedem ikunu mharsa bil-hakma tal-ligi biex il-bniedem ma jkunx imgieghel, fl-ahhar mill-ahhar, li jqum kontra t-tirannija u l-mohqrija, Billi hu essenzjali li jkun omheggeg l-izvilupp ta' relazzjonijiet ta' hbieb bejn il-gnus, Billi fl-Istatut il-popli tal-Gnus Maghquda xandru mill-gdid il-fisi taghhom fil-jeddijiet fondamentali tal-bniedem, fid-dinjità u s-siwi tal persuna umana, fil-jeddijiet ugwali tar-rgiel u tan-nisa, u qatghuha li jgibu 'l quddiem il-progress socjali u joholqu kondizzjonijiet ahjar talhajja f'libertà akbar, Billi l-Istati Membri wieghdu biex, flimken ma' l-Orgaznizzazzjoni tal-Gnus Maghquda, jizguraw ir-rispett universali u effettiv tal-jeddijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali, Billi fehma komuni ta' dawn il-jeddijiet u l-libertajiet hi ta' l-akbar importanza ghat-twettiq shih ta' din il-weghda, Ghalhekk, l-ASSEMBLEA GENERALI xxandar DIN L-ISTQARRIJA UNIVERALI TAL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM bhala ghan komuni biex jitlahaq mill-popli u mill-gnus kollha, halli kull bniedem u kull organu tas-socjetà, billi jzommu dejjem quddiemhom din l-istqarrija, ihabirku biex bit-taghlim u bl-edukazzjoni jgibu 'l quddiem ir-rispett ghal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet u biex jizgurawlhom, b'mizuri progressivi nazzjonali u internazzjonali, il-gharfien u l-harsien universali u effettiv, kemm fost il-popli ta' l-Istati Membri nfushom, kif ukoll fost dawk ta' l-artijiet taht il-gurisdizzjoni taghhom. L-Artiklu 1. Il-bnedmin kollha jitwieldu hielsa u ugwali fid-dinjità u d-drittijiet. Huma moghnija bir-raguni u bil-kuxjenza u ghandhom igibu ruhhom ma' xulxin bi spirtu ta' ahwa. L-Artiklu 2. Kulhadd hu intitolat ghal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f'din l-Istqarrija, bla ebda ghazla, bhal ta' razza, lewn, sess, ilsien, religjon, opinjoni politika jew kull opinjoni ohra, origini nazzjonali jew socjali, proprjetà, twelid jew kull qaghda ohra. Mhux biss, izda l-ebda ghazla m'ghandha ssir fuq bazi tal-qaghda politika, guridika jew internazzjonali tal-pajjiz jew territorju li minnu tigi l-persuna kemm jekk ikun indipendenti, kemm jekk ikun fdat lil xi pajjiz iehor, m'ghandux gvem tieghu jew ghandu xi limiti ohra fis-sovranitr tieghu. L-Artiklu 3. Kull bniedem ghandu l-jedd ghall-hajja, ghall-helsien u ghas-sigurtà tal-persuna tieghu. L-Artiklu 4. Hadd m'ghandu jinzamm ilsir jew fi stat li jixbah lil dak ta' lsir, l-iskjavitu u n-negozju ta' l-ilsiera fl-ghamliet kollha taghhom m'ghandhomx jithallew isiru. L-Artiklu 5. Hadd m'ghandu jinghata tortura jew kastig jew trattament ahrax, li ma jixraqx lill-bniedem jew li jbaxxih. L-Artiklu 6. Kulhadd ghandu l-jedd li jintgharaf kullimkien bhala persuna quddiem il-ligi. L-Artiklu 7. Kulhadd huma ndaqs quddiem il-ligi u ghandhom il-jedd bla ebda ghazla ghal protezzjoni ugwali mil-ligi. Kollha ghandhom il-jedd ghal protezzjoni ndaqs kontra kull ghazla li tikser din l-Istqarrija u kontra kull provokazzjoni ghal ghazla bhal din. L-Artiklu 8. Kulhadd ghandu l-jedd quddiem it-tribunali nazzjonali kompetenti ghal rimedji effettivi kontra l-ksur tal-jeddijiet fondamentali li lilu huma maghrufa mill-kostituzzjoni jew mil-ligi. L-Artiklu 9. Hadd m'ghandu jithalla jkun imharrek, mizmum il-habs jew itturufnat ghal xejn b'xejn. L-Artiklu 10. Kulhadd ghandu l-jedd b'ugwaljanza shiha li jkun mismugh bil-haqq u fil-pubbliku minn tribunal indipendenti, u imparzjali li jiddeciedi l-jeddijiet u d-dmirijiet tieghu jew xi akkuza kriminali kontrieh. L-Artiklu 11. Kull min hu mixli bi htija li jisthoqqilha kastig ghandu l-jedd li jkun meqjus bla htija sakemm il-htija tieghu tkun ppruvata skond il-ligi fi process pubbliku li fih ikollu l-garanziji kollha mehtiega biex jiddefendi ruhu. Hadd m'ghandu jkun ikkundannat minhabba ghemil jew thollija ta' ghemil li, fiz-zmien meta twettqu, ma kenux htijiet li jisthoqqilhom kastig skond il-ligi nazzjonali jew internazzjonali. Lanqas m'ghandu jinghata kastig ikbar minn dak li kien jinghata meta twettqet il-htija. L-Artiklu 12. Hadd m'ghandu jkollu ghal xejn b'xejn indhil fil-hajja privata tieghu, fil-familja tieghu, f'daru jew fl-ittri tieghu, u lanqas m'ghandu jbati minn attakki fuq l-unur u l-fama tieghu. Kulhadd ghandu l-jedd ghall-protezzjoni mil-ligi kontra kull indhil jew attakki bhal dawn. L-Artiklu 13. Kulhadd ghandu l-jedd li jmur bil-libertà minn imkien ghal iehor u li jaghzel fejn joqghod 'il gewwa mill-fruntieri ta' kull Stat. Kulhadd ghandu l-jedd li jhalli pajjiz, ukoll dak tieghu,u li jerga' lura f'pajjizu. L-Artiklu 14. Kulhadd ghandu l-jedd li jfittex u jgawdi f'pajjizi ohra l-kenn mill-persekuzzjoni. Dan il-jedd ma jistax jintuza fil-kaz ta' persekuzzjonijiet fondati tassew fuq htija kontra l-ligi komuni jew fuq ghemejjel kontra l-ghanijiet u l-principji tal Gnus Maghquda. L-Artiklu 15. Kulhadd ghandu l-jedd ghan-nazzjonalità. Hadd m'ghandu jkun imcahhad ghal xejn b'xejn min-nazzjonalità tieghu, lanqas mid-dritt li jbiddilha. L-Artiklu 16. L-irgiel u n-nisa li ghandom l-età taghhom taz-zwieg, ghandhom il-jedd jizzewgu u jwaqqfu familija minghajr xkiel minhabba r-razza, in-nazzjonalitr jew ir-religjon taghhom. Huma ghandhom jeddijiet indaqs ghaz-zwieg, matul iz-zwieg u meta jinhall. Iz-zwieg m'ghandux isir minghajr il-ftehim hieles u shih taz-zewg gharajjes. Il-familja hi l-element naturali u fondamentali tas-socjetà u ghandha l-jedd ghall-protezzjoni mis-socjetà u mill-Istat. L-Artiklu 17. Kulhadd ghandu l-jedd ghall-proprjetà kemm tieghu wahdu kif ukoll bi shab m'ohrajn. Hadd m'ghandu ghal xejn b'xejn ikun imcahhad minn gidu. L-Artiklu 18. Kulhadd ghandu l-jedd ghal-libertà tal-hsieb, tal-kuxjenza u tar-religjon; dan il-jedd ihaddan il-libertà li wiehed ibiddel ir-religjon jew il-konvinzjoni tieghu u li jkun hieles, kemm wahdu jew m'ohrajn, fil-berah jew fil-privat, jistqarr ir-religjon jew il-konvinzjoni tieghu fit-taghlim, fl-ghemejjel, fil qima u fil-harsien taghhom. L-Artiklu 19. Kulhadd ghandu l-jedd ghal-libertà li jzomm l-opijoni tieghu u li jfissirha; dan ihaddan il-jedd li wiehed izomm opinjonijiet minghajr indhil u li jkun jista' jfittex jircievi u jghaddi taghrif u ideat bil-mezzi li jidhirlu, minghajr konsiderazzjoni ta'fruntieri. L-Artiklu 20. Kulhadd ghandu l-jedd ghal-libertà li jiltaqa' u jissieheb ma' ohrajn fil-paci. Hadd m'ghandu jkun imgieghel li jissieheb f'xi ghaqda. L-Artiklu 21. Kulhadd ghandu l-jedd li jiehu sehem fil-gvern ta' pajjizu, direttament jew permezz ta' rapprezentanti maghzula bil-libertr. Kulhadd ghandu l-jedd ugwali li jidhol ghas-servizzi pubblici ta' pajjizu. Ir-rieda tal-poplu ghandha tkun is-sies ta' l-awtorità tal-gvern; din ir-rieda ghandha tintwera f'elezzjonijiet genwini li ghandhom isiru minn zmien ghal zmien li fihom jivvota kulhadd b'vot indaqs u sigriet jew inkella skond proceduri bhalhom li jizguraw il-libertr tal-vot. L-Artiklu 22. Kulhadd, bhala membru tas-socjetà, ghandu l-jedd ghas-sigurtà socjali u ghandu l-jedd li jissodisfa, permezz ta' l-isforz nazzjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali u skond l-organizzazzjoni u r-rizorsi ta' kull Stat, il-jeddijiet ekonomici, socjali u kulturali li minghajrhom ma jistax izomm id-dinjità tieghu u jizviluppa bil-libertr l-personalitr à tieghu. L-Artiklu 23. Kulhadd ghandu l-jedd ghax-xoghol, ghall-ghazla hielsa ta' l-impjieg, ghal kondizzjonijiet ta' xoghol gusti u favorevoli u ghall-protezzjoni mill-qghad. Kul?add, bla ebda ghazla, ghandu l-jedd ghal hlas indaqs ghal xoghol indaqs. Kull min jahdem ghandu l-jedd ghal hlas gust u favorevoli li jizgura lilu u lill-familja tieghu ghajxien li jixraq lid-dinjitr umana, u li jkun mizjud, jekk jehtieg, minn kull mezz iehor ta' protezzjoni socjali. Kulhadd ghandu l-jedd jifforma "trade unions" u jissieheb fihom ghall-protezzjoni ta' l'interessi tieghu. L-Artiklu 24. Kulhadd gahndu l-jedd ghall-mistrieh u ghall-btajjel, u specjalment ghal limitazzjoni ragonevoli tal-hin tax-xoghol u vaganzi perjodici mhallsin. L-Artiklu 25. Kulhadd ghandu l-jedd ghal livell ta' hajja sufficjenti biex jizguralu sahhtu, ghajxien tajjeb ghalih u ghall-familja tieghu, specjalment f'dak li hu ikel, ilbies, dar, kura medika kif ukoll servizzi socjali mehtiega; ghandu wkoll il-jedd ghas-sigurtà f'kaz ta' qghad, mard, mankament, armla, xjuhija u fil-kazi l-ohra meta minhabba cirkostanzi li m'ghandux kontroll fuqhom jitlef il-mezzi tal-ghajxien. L-ommijiet u t-tfal ghandhom il-jedd ghal kura u ghajnuna specjali. It-tfal kollha, kemm jekk twieldu fiz-zwieg, kemm barra minnu, ghandhom igawdu l-istess protezzjoni specjali. L-Artiklu 26. Kulhadd ghandu l-jedd ghall-edukazzjoni. L-edukazzjoni ghanda tkun b'xejn, ghallinqas fil-gradi elementari u fondamentali taghha. L-edukazzjoni elementari ghanda tkun obbligatorja. L-edukazzjoni teknika u professionali ghandu jkun jista' jaghmel uzu minnha kulhadd; l-edukazzjoni universitarja ghandha tkun miftuha b'mod ugwali ghal dawk kollha li jisthoqqilhom. L'edukazzjoni ghanda jkollha bhala ghan l-izvilupp shih tal-personalitr umana u li ssahhah ir-rispett ghall-jeddijiet u ghal-libertajiet fondamentali tal-bniedem. Hi ghandha theggeg il-ftehim, it-tolleranza u l-hbiberija fost in-nazzjonijiet, ir-razez jew il-gruppi religjuzi kolha u ghandha tmexxi 'l quddiem il-hidmiet tal-Gnus Maghquda ghaz-zamma tal-paci. Il-genituri ghandhom l-ewwel jedd li jaghzlu l-ghamla ta' edukazzjoni li tinghata 'l uliedhom. L-Artiklu 27. Kulhadd ghandu l-jedd li jiehu sehem bil-libertà fil-hajja kulturali tal-komunità, li jgawdi l-arti u li jaqsam fil-progress xjentifiku u fil-gid li jgib mieghu. Kulhadd ghandu l-jedd li jkollu l-protezzjoni ghall-interessi morali u materjali tieghu meta hu l-awtur ta' produzzjoni xjentifika, letterarja jew artistika. L-Artiklu 28. Kulhadd hu intitolat ghal ordni socjali u internazzjonali li fih il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f'din l-Istqarrija jkunu jistghu jitwettqu tassew. L-Artiklu 29. Kulhadd ghandu dmirijiet lejn il-komunità li fiha biss jista' jwettaq l-izvilupp hieles u shih tal-personalità tieghu. Fit-thaddim tal-jeddijiet u tal-libertajiet tieghu, kull wizhed ghandu jkollu biss dawk il-limitazzjonijiet li jigu mil-ligi li ghandha biss bhala ghan li tizgura l-gharfien u r-rispett ghall-jeddijiet u l-libertajiet ta' l-ohrajn u li tissodisfa dak li gustament jitolbu l-morali, l-ordni pubbliku u l-gid komuni f'socjetà demokratika. Dawn il-jeddijiet u l-libertajiet ma jistghu fl-ebda kaz jithaddmu kontra l-ghanijiet u l-principji tal-Gnus Maghquda. L-Artiklu 30. Xejn f'din l-Istqarrija ma jista' jkun mifhum li jaghti lil xi Stat, ghaqda jew persuna l-jedd li jaghmel xi hidma jew li jwettaq xi ghemil bil-ghan li jeqred xi jeddijiet jew libertajiet li huma mxandra hawnhekk.